Lourdes Pilgrimage & Tour
from 10th - 14th October 2024Programm:
Il-Hamis, 10 ta’ Ottubru: Nibdew il-gita / pellegrinagg taghna ghal Lourdes billi fit-8.30 a.m. niltaqghu l-Ajruport. Naghmlu c-check in imbaghad fl-10.35 a.m., permezz ta’ titjira tar-Ryanair, nitilqghu ghal Toulouse fejn naslu fis-1.00 p.m. Fl-ajruport insibu coach li tehodna Lourdes fil-Lukanda Mediterranee (4 stilel) jew simili. Hekk kif naslu allokazzjoni tal-kmamar u mmedjatament wara mmorru naghmlu l-ewwel zjara taghna fil-Grotta ta’ Massabielle fejn il-Vergni Mqaddsa Marija deheret lil Santa Bernadette. Cena u wara mmorru bhala grupp niehdu sehem fil-Purcissjoni devota “aux flambeaux”.
Il-Gimgha, 11 ta’ Ottubru: Kolazzjoni, u wara matul in-nofs ta’ nhar ta’ filghodu, niccelebaw l-Ewkaristija fis-Santwarju, niehdu flimkien ritratt ta’ tifkira fl-Esplanade, inzuru l-Bazilika tar-Ruzarju, il-Kripta u l-Bazilika tal-Immakulata Kuncizzjoni u wara naghmlu l-Via Sagra fuq l-gholja de l-Espeluges. Wara l-pranzu jkollna eskurzjoni (optional) ghal Bartres u l-Lac de Lourdes. F’Bartres, villagg zghir ftit il-boghod minn Lourdes, Santa Berndette ghexet ghal zewg perjodi. Hemmhekk inzuru l-Knisja Parrokkjali ddedikata lil San Gwann Battista fejn hija kienet tmur titlob. Din il-knisja hija mibnija fuq stil gotiku u madwarha nsibu cimiterju fejn nistghu naraw il-qabar ta’ Maria Lagues li rabbiet lil Santa Bernadette. Wara mmorru Lac de Lourdes, ghadira glacjali kbira u post meraviljuz fejn ikollna hin rilassanti li matulu nkunu nistghu nitpaxxew b’xenarju sabih hafna. Cena u wara hin liberu.
Is-Sibt, 12 ta’ Ottubru: Wara l-kolazzjon, immorru eskurzjoni (optional) ta’ gurnata li matulha nzuru Col d’Ibardin u St Jean de Luz. Col d’Ibardin jinsab fil-Muntanji Pyrenees fuq il-fruntiera Franciza / Spanjola. Fil-post hemm madwar 25 ventas – kelma Spanjola li tispecifika negozji fuq il-fruntiera fejn ma jithallsux taxxi Francizi. St Jean de Luz huwa post turistiku u bajja kennija kbira hafna. Ir-rikkezza u l-progress tal-post huma l-aktar assoccjati mas-sajd, ghalhekk hawnhekk issib hafna resturanti li jservu difersi tipi ta’ hut bnin. F’St Jeam de Luz nistghu nzuru il-Knisja ddedikata lil San Gwann Battista li ggib it-titolu ta’ Monument Storiku. Nirritornaw il-lukanda fejn wara c-cena jkollna c-celebrazzjoni tal-Quddiesa fil-Lukanda,
Il-Hadd, 13 ta’ Ottubru: Kolazzjon u fid-9.00 a.m., flimkien ma’ pelleggrini minn hafna pajjizi ohra nippartecipaw fil-Quddiesa Internazzjonali, Quddiesa Solenni bil-qari tal-Evangelju b’diversi lingwi, Din tigi ccelebrata fil-Bazilika San Piju X, jew kif hija maghrufa l-Bazilika ta’ taht l-art, li tesa’ 25,000 persuna. Pranzu u wara eskurzjoni (optional) ghal Pont d’Espagne li jinsab madwar 1496 metru ‘l fuq mill-bahar u qieghed ezatt mal-fruntiera ta’ Spanja. Fil-vjagg taghna ghal Pont d’Espagne nghaddu minn xenarju spettakulari, qalb hafna muntanji, widien u kanali. Pont d’Espagna huwa maghruf hafna ghall-kaskati meraviljuzi. Cena u hin liberu.
It-Tnejn, 14 ta’ Ottubru: Wara kolazzjon u Quddiesa, immorru naraw video interessanti dwar id-deheriet u l-mesagg ta’ Lourdes. Inkomplu bil-program billi naghmlu dawra li matulha naraw u fejn ikun possibbli nzuru postijiet konnessi ma’ Santa Bermadette: il-Mithna Boly fejn twieldet, il-Cachot fejn ghexet flimkien mal-familja matul id-deheriet u l-Knisja Parrokkjali fejn tghammdet li hija ddedikata lil San Gwann Battista. Pranzu u wara hin liberu sa’ kemm nitilqghu mil-Lukanda ghall-ajruport ta’ Toulouse. It-titjira tar-Ryanair titlaq ghal Malta fl-10.15 p.m. fejn tasal it-Tlieta, 15 ta’ Ottubru fin-nofs siegha ta’ filghodu.
Prezzijiet (kull persuna):
- €689 kbar f’kamra ghal tliet persuni
- €699 kbar f’kamra ghal zewg persuni
- €799 kbar f’kamra ghal persuna wahda
- €519 tfal (6-10 snin) ma’ zewg adulti
- €479 tfal (2-5 snin) ma’ zewg adulti
Il-prezzijet jinkludu:
Tijiriet mar-Ryanair Malta/Toulouse/Malta
Bagalja ta’ 20 kilo
Trasferimenti Toulouse/Lourdes/Toulouse
4 iljieli fil-Lukanda Mediterranee (4 stilel) jew simili
Kmamar kollha bis-servizzi privati
Bazi: 4 kolazzjonijiet / 3 pranzi/ 4 ceni
It-taxxi tal-ajruport u s-service charge
Insolvency Fund
Servizzi ta’ Tour Leader u Direttur Spiritwali
Mhux inkluza fil-prezzijiet:
€3.60 kull lejl: City Tax ta’ Lourdes li tithallas direttament fil-Lukanda.
€10 kull persuna: Donazzjoni lis-Santwarju li tingabar meta nkunu Lourdes.
Eskurzjonijiet (tfal ihallsu nofs prezz):
Bartres / Lac de Lourdes €30
Col d’Ibardin / St Jean de Luz €55
Pont d’Espagne €35
(Dawn il-prezzijiet huma suggrtti ghall-minimum ta’ eskurzjonijiet ibbukkjati.)
Noti:
Huwa mportanti li kull min jibbukkja:
* Jaghmel assigurazzjoni tas-safar.
* Jitlob kopja tat-temini u l-kundizzjonijiet.
- Pilgrimage
Lourdes
- Ibrag Parish
Fr Gialanze | Fr Osmar
- October 2024
10th - 14th